Dan is-sit jagħmel parti minn

Teżawru multilingwi tal-Unjoni Ewropea

EuroVoc, teżawru multilingwi tal-Unjoni Ewropea

EuroVoc hu teżawru multilingwi u multidixxiplinarju li jkopri t-terminoloġija fl-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea, b’enfasi fuq l-attività parlamentari. EuroVoc hu disponibbli bi 23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Isvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan u l-Ungeriż) u bil-lingwa ta’ pajjiż terz (is-Serb).

EuroVoc jitmexxa mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet, li mexa ‘l quddiem lejn ġestjoni ta’ teżawru b'bażi ontoloġika u lejn teknoloġiji semantiċi tal-web kemm skont ir-rakkomandazzjonijiet W3C kif ukoll skont l-aħħar tendenzi fl-istandards tat-teżawri.

It-teżawru EuroVoc jintuża fost oħrajn kemm mill-Parlament Ewropew, mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet, mill-Parlamenti Nazzjonali u mir-reġjuni fl-Ewropa, kif ukoll mill-amministrazzjonijiet nazzjonali u mill-utenti privati tal-Istati Membri u ta’ stati mhux membri tal-Unjoni Ewropea.


Syndicate content