Dan is-sit jagħmel parti minn

Teżawru multilingwi tal-Unjoni Ewropea

Vantaġġi u limitazzjonijiet

Vantaġġi u limitazzjonijiet

(a) Vantaġġi

L-użu tat-teżawru għandu dawn il-vantaġġi li ġejjin:

  • standardizzazzjoni terminoloġika ta’ vokabolarji ta’ indiċjar, tippermetti tiftixiet aktar preċiżi għad-dokumenti; 
  • multilingwiżmu: jistabbilixxi kliem ekwivalenti bejn kunċetti identiċi mogħtija b'lingwi differenti biex b'hekk ikun possibbli għad-dokumenti li jiġu indiċjati fil-lingwa tad-dokumentalist u biex isiru tiftixiet fil-lingwa tal-utent; 

(b) Limitazzjonijiet

Madankollu, EuroVoc għandu l-limitazzjonijiet tiegħu.

  • EuroVoc ġie mfassal biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ sistemi ta’ dokumentazzjoni ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea; mhux adatt għall-indiċjar u għal tiftix ta’ dokumenti speċjalizzati; 
  • EuroVoc ma għandux il-pretenzjoni li jkopri d-diversi sitwazzjonijiet nazzjonali f'livell dettaljat b'mod suffiċjenti; madankollu, qed isiru sforzi biex jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti barra mill-istituzzjonijiet tal-UE.