Dan is-sit jagħmel parti minn

Teżawru multilingwi tal-Unjoni Ewropea

Oqsma koperti

Oqsma koperti

It-teżawru EuroVoc ikopri l-oqsma tal-attività kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea:

  • POLITIKI
  • RELAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI  
  • KOMUNITAJIET EWROPEJ
  • LIĠI
  • EKONOMIJA  
  • KUMMERĊ
  • FINANZI
  • KWISTJONIJIET SOĊJALI
  • EDUKAZZJONI U KOMUNIKAZZJONIJIET
  • XJENZA
  • KUMMERĊ U KOMPETIZZJONI
  • IMPJIEGI U KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL
  • TRASPORT
  • AMBJENT
  • AGRIKOLTURA, FORESTI U SAJD
  • PRODOTTI TAL-IKEL AGRIKOLI
  • PRODUZZJONI, TEKNOLOĠIJA U RIĊERKA
  • ENERĠIJA
  • INDUSTRIJA
  • ĠEOGRAFIJA
  • ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI  

Ċerti oqsma huma aktar żviluppati minn oħrajn minħabba li jikkonċernaw aktar mill-qrib l-interessi tal-UE. B’hekk, pereżempju, l-ismijiet tar-reġjuni ta’ kull Stat Membru tal-UE jinsabu f’EuroVoc iżda mhux dawk ta’ pajjiżi terzi.

Il-ħolqien ta’ gruppi ta’ kunċetti f'oqsma hu sa ċertu punt arbitrarju. Waħda mill-karatteristiċi distintivi ta’ EuroVoc hu l-limitazzjoni tal-poliġerarkija. B’hekk il-kunċetti li jistgħu jiddaħħlu f‘żewġ oqsma jew aktar ta’ suġġetti, b'mod ġenerali, jitqiegħdu biss fil-qasam li jidher l-aktar naturali għall-utenti, biex tkun iffaċilitata l-ġestjoni tat-teżawru u limitat il-volum tiegħu.