Dan is-sit jagħmel parti minn

Teżawru multilingwi tal-Unjoni Ewropea

Verżjonijiet lingwistiċi

Verżjonijiet lingwistiċi 

Mill-Edizzjoni 4.4, it-teżawru EuroVoc ġie ppubblikat u jinsab disponibbli fuq l-Internet fi 23 lingwa tal-UE; bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, kif ukoll bl-Albaniż, bil-lingwa tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u bis-Serb.

Il-verżjonijiet kollha tal-lingwi għandhom l-istess status: kull terminu preferut (deskrittur) b'lingwa minnhom neċessarjament jikkorrispondi ma' terminu preferut f’kull waħda mil-lingwi l-oħra. Il-kunċett ta’ teżawru jinkludi bħala difolt l-ekwivalent lingwistiku tat-terminu preferut.

Madankollu, ma teżistix neċessarjament bil-lingwi differenti l-ekwivalenza bejn it-termini mhux preferuti (non deskritturi). Kull lingwa hi kkaratterizzata bid-differenzi tal-ġid semantiku u kulturali tagħha, u kunċett f’lingwa mhux dejjem rappreżentat f’lingwa oħra.