Dan is-sit jagħmel parti minn

Teżawru multilingwi tal-Unjoni Ewropea

Amministrazzjoni u Manutenzjoni

Amministrazzjoni u Manutenzjoni

It-teżawru EuroVoc ġie adattat kontinwament biex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma li fihom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma attivi u fit-tibdiliet tal-arranġamenti lingwistiċi.

Il-karatteristika speċjali ta’ EuroVoc hi li jipprova — u hu kapaċi — jissodisfa l-ħtiġijiet espressi mill-utenti tiegħu kollha filwaqt li jżomm quddiemu l-għan li jkopri b’mod omoġenju l-oqsma tal-attività tal-Unjoni Ewropea.

It-tim tal-manutenzjoni fl-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet jiġbor u jeżamina l-proposti, imressqin mill-parlamenti nazzjonali, l-istituzzjonijiet Ewropej jew l-aġenziji u l-utenti privati. Sistema ta’ manutenzjoni ġiet stabbilita biex timmaniġġja l-aspetti amministrattivi u ta’ manutenzjoni tat-teżawru. It-tim ta’ manutenzjoni jikkoordina x-xogħol tal-Kumitat ta’ Manutenzjoni u hu responsabbli għall-IT u l-iżviluppi tekniċi u għall-monitoraġġ tat-traduzzjonijiet;

Il-Kumitat ta’ Manutenzjoni magħmul minn rappreżentanti tad-diversi istituzzjonijiet tal-UE, jivvota dwar id-diversi proposti u jiddeċiedi dwar l-emendi meħteġin fit-teżawru;

Il-Kumitat Permanenti jissorvelja l-proġett u jadotta b’mod uffiċjali l-verżjonijiet il-ġodda kollha.